Regolamenti tal Karnival

REGOLAMENTI

Il-Kunsill Malti ghall-Kultura u l-Arti, jew dik l-entita’ li tiddelega l-Ministru responsabbli għall-Kultura u / jew il-Kunsill Malti ghall-Kultura u l-Arti, torganiżża u tmexxi l-Karnival ta’ Malta. L-organu u jew l-entita’ responsabbli tkun imsejjha bhala l-organizazzjoni.

1. L-ORGANIZAZZJONI

L-Organizazzjoni għandha d-dritt li

A tippubblika u tuża xi disinn u / jew ritratti ta’ xi entratura (items) li jieħdu sehem fil-Karnival ta’ Malta mingħajr ebda obbligu ta’ kumpens lil terzi;

B titlob lill-lider/s fil-Karnival biex jgħaddulha l-materjal /item li jkunu użaw fil-Karnival fuq talba tagħha. Bi ftehim, dan il-materjal  /item isir propjeta’ assoluta tal-organizazzjoni, li tista taħżnu u turih lill-pubbliku f’wirjiet jew kif ukoll b'mod ieħor tiddisponi minnu fid-diskrezzjoni assoluta tagħha.  Għal dan jista’ jingħata kumpens ;

C tikkummissjona xi items li tħoss il-ħtieġa għalihom f’xi sena partikolari u għal dawn għandha tinħareġ sejħa għall-offerta pubblika.  L-items ikkommissjonati jaqgħu taħt l-istess Regolamenti bħal dawk li qegħdin jikkompetu.

D in-numru ta’ parteċipanti li jieħdu sehem għandu jkun skond kif miftiehem fir-regolamenti tar-reġistrazzjoni

E ma tidħolx responsabbli jekk xi uffiċċjal u / jew Membru jew Delegat tagħha jwiegħed u / jew jikkommetti lill-organizazzjoni ma’ xi lider mingħajr awtoriżazzjoni tad-Direttur Ezekuttiv tal-Kunsill Malti ghall-Kultura u l-Arti jew ta’ persuna delegata minnu;

F temenda jew tirrevedi dawn ir-Regolamenti sa qabel l-ewwel parteċipazzjoni tal-Konkors rispettiv fil-Karnival, b’konsultazzjoni ma’ l-Għaqda Parteċipanti tal-Karnival .  Il-parteċipanti jkunu magħrufa bil-miktub dwar xi tibdil jew żidiet fir-Regolamenti;


G.  tista' titlob lil kull applikant biex jissottometti disinn skalat bil-kulur ta’ l-entratura (item) bid-dettalji kollha, inkluż il-mekkaniżmu u kull tagħrif ieħor mitlub;

(i) Jingħata pagament bil-quddiem lil dawk li jiġu aċċettati skond kif miftiehem fir-regolamenti tar-registrazzjoni tal-liders  ekwivalenti għal 50% ta’ tielet permju wara l-aċċettazzjoni mill-organizazzjoni u l-firma tal-ftehim ta’ l-obbligazjoni mill-lider/s

(ii) jingħata wkoll 10% tat-3 premju wara l-parteċipazzjoni ta’ l-entratura (item) fil-Karnival jekk il-livell mistenni jkun intlaħaq.  Dan l-ammont ta' l-aħħar jingħata flimkien mal-bilanċ biex jintlaħaq il-premju dovut u / is-sussidju.

(iii) il-ħlasijiet, possibilment, isiru mhux aktar tard minn 6 ġimgħat wara  l-parteċipazzjoni. 

(iv) F’każ li għal xi raġuni l-applikazzjoni tkun irtirata l-parteċipant irid jirrifondi l-pagament li ngħatalu sa mhux aktar tard minn ħmistax-il jum wara l-irtirar. Apparti dan f’tali każ jista’ jeħel multa addizzjonali li tkopri l-ispejjeż amministrattivi konessi;

J. Kull applikant għandu jħallas depożitu ta' € 50 ( Lm 21.47) għal kull Reġistrazzjoni. Dan  id-depożitu' jintilef kemm jekk jirtira jew jekk jiġi skwalifikat mill-istess organizazzjoni.  L-eta' ta' l-applikant ma tridx tkun inqas minn 18 il-sena fid-data tar-reġistrazzjoni u jkollu Karta ta’ l-Identita’ Maltija.

K. Ħadd ma’ jista’ japplika b’aktar minn item wieħed fil-karnival għajr dawk li fil-Karnival 2008 kienu qegħdin jieħdu sehem b’żewġ items.  Jekk xi ħadd minn dawn li qegħdin jieħdu sehem b’żewġ items japplikaw b’item wieħed, jew ma’ japplikawx jew ma jikklassifikawx fil-kategorija, dawn jitilfu d-dritt li jkomplu japplikaw b’aktar minn item wieħed fis-snin sussegwenti.


2. IL-ĠURIJA

A Il-Ġurija tkun magħmula minn erba’ gruppi ta’ 5 persuni f’kull grupp.  Dawn se jiggudikaw il-kostum u z-zifna separatament, grupp iehor jiggudika l-karrijiet u l-allegrija taghhom fit-toroq u l-grupp l-iehor jiggudika l-karrijiet fl-enclosure. Il-gruppi tal-gurija jalternaw.  Dan ifisser li se jkun hemm 5 voti ghal kostum u 5 voti ghaz-zifna kull darba li jsir iz-zfin kompetittiv u 10 voti kull darba li jiehdu sehem il-karrijiet b’mod kompetittiv, 5 voti  tal-gurija tul it-triq u 5 voti tal-gurija li tirrifleti l-esebizzjoni tal-karru fl-enclosure.

B Il-Ġurija tkun taħt il-ħarsien ta’ nutar pubbliku, li tiġġudika l-konkorsi kompetittivi kollha tal-Karnival.  Din timxi fuq ir-regolamenti stabbiliti mill-organizazzjoni u finalment fuq il-ġudizzju personali tagħha.  Kull deċizjoni tal-ġurija tkun finali u mhux appellabli;

C Kull gurat li jkun se jiggudika fil-Karnival għandu jiffirma dikjarazzjoni li :-
 “1” – ma jitkellem ma’ ħadd li ġie magħzul/a bħala gurat
 “2” – ma jitkellem ma’ ħadd dwar il-konkorsi tal-Karnival
 “3” – ma għandu l-ebda konflitt ta’ interess ma xi parteċipant/i

D Kull Membru tal-Ġurija jista jagħti l-klassifika ta’ l-ewwel tlett postijiet klassifikati fil-Konkors rispettiv. Jekk il-Membru tal-Ġurija jħoss li f’xi entratura, l-livell meħtieġ ma jintlaħaqx, ma għandux jagħti klassifika;

E Kull ġurnata ssir il-votazzjoni bil-karta tal-vot li turi l-ġurnata li tkun u l-entraturi (items) tal-Konkors.  Il-voti jinxteħtu f’envelopes fejn jiġu  ssiġillati minn Nutar Pubbliku;

F Jekk f’xi ġurnata / ġranet il-Karnival ma jkunx sar minħabba l-maltemp jew xi raġuni valida ppruvata oħra, l-verdett globali joħroġ fuq il-kumplament tal-ġranet li jkun sar il-Karnival. F’każ li l-programm jitwaqqaf mill-organizazzjoni u l-konkorrenti tal-Konkors ma jkunux dehru, b’mod komplut kollha, ma ssirx ġudikazzjoni tal-Konkors partikolari f’dik l-attivita’ ta’ dik il-ġurnata jew dawk il-ġranet;

G Jekk xi wieħed mill-entraturi (items) jonqos li jidher u ma jieħux sehem, jitlef il-mertu  ta’ dik il-ġurnata li ma jkunx deher fiha. Fil-klassifika finali jingħaddu biss il-merti tal-ġranet l-oħra li jkun ħa sehem fihom;

H L-għada ta’ l-aħħar ġurnata tal-Karnival ta’ Malta, jew jekk jinqala' l-bżonn, f’xi jum ieħor li jiġi ffissat mill-Organizazzjoni , Kumitat ‘ad hoc’ maħtur mil-Organizazzjoni, jiftaħ l-envelopes ssiġillati tal-voti quddiem Nutar Pubbliku. Għal dan il-proċess ikun mistieden ukoll rappreżentant ta’ l-Għaqda Partecipanti tal-Karnival bħala osservatur, pero dan ma jistax ikun parteċipant:

I. Jekk qabel, waqt jew wara t-thabbir tal-klassifiċi mogħtija, xi lider/s , helper/helpers jonqos/u fl-imġieba tiegħu / tagħhom, jistgħu jiġu skwalifikat/i awtomatikament mill-premju ta’ dik is-sena skond il-gravita’ tal-kaz, kif ukoll li l-organizazzjoni tista’ tikkonsidra l-kanċellament ta’ parteċipazzjoni ta’ l-istess lider/s, u s-sehem tal-helper/helpers għas-snin ta’ wara;

K. Kif jinħareġ ir-riżultat:

Fl-ewwel post jiġi kklassifikat dak li jkollu l-aktar preferenzi Numru 1.
F’każ ta’ parita’ l-Kumitat ‘ad hoc’ idur fuq it-tieni preferenza u jekk jibqa’ ma joħroġx ir-riżultat iddur fuq it-tielet preferenza;

Fit-tieni post jiġ kklassifikat dak li jkollu l-akbar numru tat-tieni
preferenza.  Il-proċess isir billi jingħaddu l-ewwel preferenzi ( Nru 1) mat-tieni preferenzi ( Nru 2) u jekk tibqa’ l-parita’, ddur fuq it-tielet preferenzi (Nru 3).

Fit-tielet post jiġi kklassifikat dak li jkollu l-akbar numru tat-tielet
preferenza.  Il-proċess isir billi jingħaddu l-ewwel preferenzi ( Numru 1), mat-tieni preferenzi ( Numru 2) u mat-tielet preferenzi (Numru 3);

F’każ ta’ parita’, wara li jkun sar il-proċess hawn fuq imsemmi, u jkun hemm aktar mill-lider wieħed li jikseb l-istess għadd ta’ klassifiċi jiġu ddikjarati rebbieħa f’dik il-klassifika aktar minn lider wieħed.  Jekk il-kaz ikun fuq l-ewwel post ma jingħatax it-tieni premju. F’kaz li jkun fit-tieni post ma jingħatax it-tielet premju.

L. Kriterji ta’ referenza għall-Ġurija fuqhiex jibbażaw il-mertu:

Jekk fil-ftuh tal-voti jinstab li nofs il-gurija u wiehed (50%+1) ma jkunux taw xi preferenza ta’ l-1 , it-2 jew it-3 lill xi kategorija f’konkors, il-premju fil-kategorija fil-konkors rispettiv ma jinghatax.


1 Il-Karrijiet

Il-kreattivita’ fit-tema u fil-preżentazzjoni.
Il-Ħila tax-Xogħol
L-iskema tal-Kuluri Karnivaleski
Il-Movimenti
L-umoriżmu u l-brijju Karnivalesk
Dehra Ġenerali

2 Konkorsi taż-Żfin

Il-kreattivita’ fit-tema u fil-preżentazzjoni
Arranġamenti Mużikali
It-temp u l-movimenti taż-Żfin
L-umoriżmu Karnivalesk
L-Allegrija
Id-Dehra Ġenerali

3 Maskeruni

Il-kreattivita’ fit-tema u fil-preżentazzjoni 
Il-Brijju Karnivalesk
 L-iskema ta’ kuluri karnivaleski
 Il-ħila ta’ Xogħol
 Dehra Ġenerali

4. Kostumi ( tal-Kumpaniji taż-żfin)

Il-kreattivita’ fit-tema u fil-preżentazzjoni
L-iskema ta’ kuluri karnivaleski
L-ispirtu Karnivalesk
Il-ħila tax-Xogħol
Il-Varjazzjoni u d-Dehra Ġenerali

3 TROFEJ

Jingħataw Trofej ( jew tifkira) għall-aħjar –

a. Kumpanija Kategorija A
b. Kumpanija Kategorija B
c. Kumpanija Kategorija C
d. Banda fil-Konkors Marċi Grotteski
e. Karru Trijonfali Kategorija A
f. Karru Trijonfali Kategorija B
g. Karru Trijonfali Kategorija C
h. Sett Maskeruni


Kif jingħataw t-trofej ( jew tifkira) fil-Konkorsi tal-kumpanija taż-żfin

a. Kumpaniji Kategorija A u C – Kompetizzjoni – Kostum , Karru u Żifna

Il-Ġurija tagħżel l-aħjar Kumpanija fil-Kategorija rispettiva u
tikkonsidra x’mertu nkiseb f’kull taqsima ( jiġifieri, il-Karru, il-
Kostum, ż-Żifna).  F’każ finali ta’ parita’ t-Trofej tingħata lir-Rebbieħ
tat-taqsima tal-Kostum. 

b. Kumpaniji Kategorija B – Kompetizzjoni – Kostum u Żifna

Jekk ikun hemm parita’, jiġifieri parteċipant jirbaħ iż-Żifna u ieħor
jirbaħ il-Kostum, it-Trofej tas-Sezzjoni jingħata lir-Rebbieħ tal-Kostum.


3. IL-LIDERS
 
A Lider li jingħata sussidju mill-Organizazzjoni ma jistax jagħmel użu mill-entratura (item) jew parti minnha f’xi attivita’ qabel jew waqt il-Karnival, kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta, jekk mhux bil-kunsens tal-organizazzjoni.  It-talba tal-permess, kif ukoll l-aċċettazzjoni jew ċaħda għandhom isiru bil-kitba ndirizzata lid-Direttur Ezekuttiv Kunsill Malti ghall-Kultura u l-Arti.

Ksur ta' dan ir-Regolament ifisser Multa ta’ bejn €50 u €120 barra li jista’ jintilef id-dritt awtomatiku ta’ parteċipazzjoni fis-snin ta’ wara, skond il-każ.

B Applikant ma jkollu l-ebda dritt għal xi ħlas ta’ kumpens jekk
ma jigix accettat wara li jkun applika jew jekk  jiġi skwalifikat mill-istess organizazzjoni wara li tkun saret diskussjoni ma’ l-Għaqda Parteċipanti Karnival.

C. Mhux permess li jkun hemm b’xi mod temi Reliġjużi, Partiġġjani, Pornografiċi, Politiċi u ta’ kull suġġett ieħor previst skond ir-Regolamenti maħruġa mill-Kummissarju tal-Pulizija u / jew mill-istess Organizazzjoni.

Ksur ta' dan ir-Regolament ifisser tnaqqis ta’ klassifika kull darba li jinkiser. L-Organizazzjoni tista’ wkoll tieħu passi neċessarji oħra, nkluż li l-entratura (item)  ma titħalliex tkompli tieħu sehem.

D. Għall-isfilata u tul il-Karnival, il-Membri tat-tim ta’ kull entratura
( item) għandu jkollhom il-ħin kollu, il-Karta ta’ identifikazzjoni b’ritratt riċenti li tingħatalhom mill-organizazzjoni.  It-tim ikun magħmul mill-lider ( mhux aktar minn żewġ liders għal kull entratura (item)) u n-numru stabbilit ta’ helpers li jistgħu jidħlu ma’ l-entratura (item) fl-arena b’dan il-mod:-


Karrijiet Trijonfali u Kumpaniji – 10 persuni adulti bil-lider/s b’kollox.

Maskeruni – 5 persuni adulti bil-lider/s b’kollox

( Il-listi bl-ismijiet, flimkien mar-ritratti tal-helpers irridu jingħataw mill-lider lill-organizazzjoni sa’ mhux aktar tard minn gimgħatejn qabel l-ewwel attivita’ tal-Karnival)

Ksur ta' dan ir-Regolament ifisser tnaqqis ta’ klassifika kull darba li jinkiser.

E. Biex ikun hemm aktar kontrol u tonqos il-possibilita' ta' xi aċċidenti serji, ħadd ħlief dawk awtoriżżati skond ir-Regolament mhu ser jitħalla jidħol fl-enklowxer, kemm mal-Kumpaniji taż-Żfin kif ukoll mal-Karrijiet, Maskeruni u Baned.  Il-Helpers iridu jidħlu u joħorġu ma' l-entratura tagħhom jew joqgħodu fuq l-istand provdut għall-helpers.

F.  L-entraturi (items) li jieħdu sehem fl-isfilata jingħataw numru ta’ identifikazzjoni mill-organizazzjoni.  Is-sekwenza f’kull kategorija, tittella’ bix-xorti minn fost l-entraturi (items) kollha li jieħdu sehem.Il-parteċipanti kollha għandhom juru fuq quddiem, fejn ikun jidher sew u skond kif miftiehem mal-organizazzjoni l-identifikazzjoni tagħhom kif tidher ukoll fil-programm uffiċċjali.  Ħadd ma jista’ jieħu sehem fl-isfilata, mingħajr dan in-numru.

G. L-isem ta’ l-entratura ( l-item) jintgħażel mill-parteċipant iżda ma jistax jeċċedi 6 (sitt) kelmiet. 

H. F’każ fejn hemm żewġ liders l-aktar anzjan ikun dak rikonoxxut ma’ l-entratura ( item rispettiv).  Id-dritt tat-tieni lider qiegħad jiġi stabbilit kif miftiehem fir-Regolamenti tar-Registrazzjoni tal-Partecipanti ( Annex A)

I. Wara li tkun accetata l-entratura ma jistax isir tibdil jew zieda fl-isemijiet ta’ lider/s. 
 
J. Il-partecipanti kollha għandhom ikunu fil-post u fil-ħin li jingħatalhom, kemm għal dik li hija sfilata kif ukoll għall-kompetizzjoni taż-żfin. Dawk li jonqsu milli jkunu fil-hin jittiehdu passi kontrihom mill-organizazzjoni, nkluz li ma’ jiehdux sehem , jew ma’ jigux iggudikati f’dik il-gurnata, jew ghal kumplament tal-Karnival skond il-kaz.

L-Organizazzjoni zzomm id-dritt li tqabbez l-entraturi ( item), kif ukoll il-partecipanti jridu joqghodu ghal kull direttiva li tinghatlhom biex jizfnu u/ jew jippartecipaw fl-isfilata’ meta jintalbu.


K. L-isfilata tibda skond ir-rotta u l-ħin li tiddeċiedi l-Organizazzjoni. L-Organizazzjoni tirriserva d-dritt li tmexxi u tbiddel l-ordni ta’ l-isfilata skond il-bżonn.

L. Kull lider hu responsabbli għall-imġieba u l-bon ordni tal-membri kollha tal-grupp tiegħu ( fejn għandu x’jaqsam mal-ksur tar-regolamenti tal-Karnival)  tul l-attivitajiet u dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ l-organizzazzjoni kollha sa l-aħħar attivita’ tal-Organizazzjoni

Ksur ta' dan ir-Regolament ifisser tnaqqis ta' klassifika, jew skwalifika mill-kumplament tal-ġranet tal-Karnival skond il-każ u / jew kif indikat f’Regolament Numru 2 (I)

M. Kull lider huwa responsabbli għal ġbir ta’ skart ta’ l-entratura (item) rispettiva u jrid jassigura li minbarra li ma ssirx ħsara lill-ambjent, iħalli l-post li juża biex jarma / jżarma, nadif u bla ħsara.  Dan jgħodd anke għall-parkeġġ fejn tassenjalu l-Organizazzjoni.

Ksur ta' dan ir-Regolament ifisser Multa li tista tlaħħaq għall-ispejjez u /jew danni li tali skart / ħsara ikun ikkaguna lill-ambjent. Kull każ jittieħed skond il-mertu tiegħu

N. Kull lider  huwa marbut li jieħu sehem, bl-entratura, tul il-ġranet
tal-Karnival fil-postijiet hekk kif jiġu stabbiliti u kif jintalab mill-organizazzjoni.  Kull lider hu responsabbli li jwassal il-karru ghall-isfilata fil-lejl ta’ qabel jew kmieni filghodu sa mhux aktar tard mis-7am tal-gurnata li l-item ikun se jiehu sehem.

Ksur ta' dan ir-Regolament ifisser multa ta' €100 u skwalifika awtomatika ta’ dik il-ġurnata u / jew ġranet li ma jkunx ħa sehem.

Jekk meta l-karrijiet ikunu se jiccaqalqu mill-imhazen ghal post indikat ghall-isfilata jkun hemm xi partecipant/I li jimblokka lil partecipant/I iehor/ohra jittiehdu passi drastici kontra minn jaghmel l-imblokk, inkluz li jigi skwalifikat li jiehu sehem fil-Karnival.  L-organizazzjoni zzomm id-dritt li titlob l-intervent ta’ l-awtoritajiet biex l-imblokk jitnehha.

O. Kull lider irid jassigura li t-trakter u kull mekkaniżmu ieħor għandu jkollu protezzjoni minn taħt sabiex ma jwaqqax żjut fit-toroq.   L-ebda entratura (item) ma titħalla tieħu sehem jekk ma jkunx attrezzat kif qed jintalab f’dan il-paragrafu. 

Ksur ta' dan ir-Regolament ifisser  skwalifika ta’ kull  ġurnata li jitwaqqaf milli jieħu sehem.

P. Il-lider irid ikun responsabbli li l-ħin kollu jrid ikollu ċ-ċavetta tat-trakter biex ikun jista’ jsuq/ iċaqlaq il-karru f’kull ħin skond kif ikun mitlub.  Hu x’inhu l-organizazzjoni għandha d-dritt li ċċaqlaq hi l-karru skond l-esiġenzi mingħajr ebda obbligi ta' xejn.

Min jonqos minn dan ma jithalliex jiehu sehem fl-isfilata tal-gurnata.

Q. F’kull każ, għajr f’dak ta’ emerġenza, it-trakter  jrid ikun miksi b’xi forma jew oħra.  It-trakter jista’ jiġi żvillupat f’kull forma basta is-sura tiegħu ma jkollhiex x’taqsam ma’ xi reklamar partikolari. Reklamar ta’ prodotti mhux permessi bil-liġijiet tal-pajjiż ma jistgħux ikunu esebiti. Ir-reklamar jista’ jintwera f’kull parti eskluża l-faċċatta ċatta ta’ quddiem tat-trakter.  Fuq din il-faċċatta ta’ quddiem tat-trakter, b’mod ċar u b’ortografija tajba, jrid ikun hemm l-isem ta’ l-entratura ( item) flimkien ma’ l-isem  / jew ismijiet tal-lider/s u n-numru ta’ l-item rispettiv.

Ksur ta' dan ir-Regolament ifisser tnaqqis ta’ klassifika u ma jitħalliex jieħu sehem sakemm it-trakter jiġi rrangat skond ir-regolamenti.

R. Il-briju tal-kumpaniji, il-movimenti tal-karrijiet / maskeruni, id-daqq u l-brijju mill-baned għandu jsir tul ir-rotta ta’ l-isfilata kollha.  Il-membri tal-ġurija jikkonsidraw dan fl-għoti tal-mertu.  Il-brijju ma jistax ikun partiġġjan.

5. IL-PROTESTI

A.  Il-lider għandu d-dritt li jagħmel protest kontra kull allegat ksur ta’ Regolament.  Kull protest għandu jsir BIL-MIKTUB mill-ewwel lider registrat ( l-anzjan)  fuq formoli maħruġa mill-Organizazzjoni. Huwa d-dmir ta' min jagħmel il-protest li jippreżenta d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa kif ukoll il-provi neċessarji flimkien mal-protest uffiċċjali.  Kull min isirlu xi protest kontrih jiġi mgħarraf b’dan. Kull protest jista’ jiġi ppreżentat sa l-aħħar jum tal-Karnival fid- 9.00 ta’ filgħaxija, pero, fil-ġranet l-oħra, kull protest irrid jiġi pprezentant sa mhux aktar tard minn 12-il  siegħa wara li jkun seħħ il-kaz.   Għal kull protest irid isir depożitu ta’ € 50 li jintilef jekk il-protest ma jintlaqax


6. Il-KARRIJIET  

A.  Il-karru bil-movimenti kollha nkorporati fl-istess Regolamenti, jrid jinħadem biex jitħaddem b’tali mod li jitgawda tul l-isfilata kollha u mhux biss fl-enklowxer.  Il-movimenti jistgħu jitħaddmu manwalment jew mekkanikament, basta x-xogħol tat-tħaddim fil-biċċa l-kbira jsir minn ġewwa l-karru.  Iridu jittieħdu miżuri kollha ta' " EU Health & Safety" mill-lider.  L-Organizazzjoni tirriserva d-dritt li tqabbad Inġinier biex jispezzjona x-xogħol u t-toqol tal-karru. F’każ li dan l-Inġinier ma jkunx sodisfatt bil-kundizzjonijiet tal-karru, l-lider ikollu jirranġa d-difetti kollha skond ir-rapport ta’ l-Inġinier qabel jitħalla jieħu sehem. 

Ksur ta' dan ir-Regolament ifisser li jekk minħabba din ir-raġuni, l-entratura ma tkunx dehret f'din il-ġurnata/ ġranet oħra, dan jitlef id-dritt li jiġi ġġudikat.

B. Il-lider irid jassigura li f'kull ġurnata li jieħu sehem, li l-karru jkun mgħammar bil-bżonnijiet adegwati kollha għall-ewwel għajnuna (first aid kit) u b’ċilindru / pompa għat-tifi tan-nar ( fire-extinguishers ) inkluż, żewġ (2) boroż ramel ta’ 25 kilo il-waħda li jkunu jridu jintużaw f’każ ta’ xi leakage ta’ zjut.

Ksur ta' dan ir-regolament ifisser li jekk minnħabba dawn in-nuqqasijiet, l-entratura ma tkunx tħalliet tidher f'xi ġurnata/ ġranet oħra,  jintilef id-dritt li tiġi ġġudikata.

C. Il-karrijiet kollha ma jistgħux ikun ogħla minn 6.25 metri ( mhux aktar minn 20 pied u nofs) mill-art u  ma jistgħux ikunu itwal minn 13.41 metru ( mhux aktar minn 44 pied) u mhux usa minn 4  metri (mhux aktar minn 13-il pied ).

Ksur ta' dan ir-regolament ifisser li min jaqbez il-qisien stabbiliti bejn  15.3 ċentimetru ( 6 pulzieri) u 30.45 ċentimetru (pied) jeħel klassifika kull darba li jidher.  Titnaqqas klassifika oħra jew klassifiki oħra addizzjonali għal kull 30.45 ċentimetru ( pied) ieħor żejjed kull darba li l-entratura ( item) tidher mhux kif suppost.

D. It-tul tal-karru jfisser id-distanza mill-ponta ta’ quddiem tat-trakter  sa l-aħħar ponta ta’ wara tal-karru, bl-żbarraċi ta’ l-irmunkar (tow bar/s) b’kollox.  Il-kejl tat-tul jittieħed b’linja dritta mill-aktar ponot ’l barra.  It-tilari tal-karru jridu jkunu ta’ l-inqas 30 ċentimetru (madwar pied) għoli mill-art. L-żbarraċi ta’ l-irmunkar ( tow bar) jistgħu jkunu teleskopiċi jew extendable, pero', waqt l-isfilata, kif ukoll waqt il-kejl, il-qisien iridu jkunu skond kif stipulati fir-Regolament C.

E. Għal kejl tal-karrijiet jintalbu jkunu preżenti il-lider/s, pero’ jekk il-lider/s, ma jkunx/ jkunux, fil-ħin, il-kejl isir xorta waħda.

F. Il-parti ta’ quddiem tal-karru li taqbeż il-pjattaforma tat-trejler, trid tkun manuvrabbli biex tkun tista’ tgħaddi mit-toroq.

G. Ebda parti mill-karru li toħroġ teleskopikament kif ukoll minn xi ġenb ma tista’ tinqala’ u tmiss \ timxi ma’ l-art.

Ksur ta' dan ir-regolament ifisser skwalifika ta’ dik il-ġurnata.

H. Il-Organizazzjoni mhix  responsabbli la għall-karru, la għall-materjal u lanqas minn kull apparat li l-parteċipant ikollu fuq il-karru  tiegħu u dan jgħodd minn meta jinbeda l-bini tal-karru sa meta jiġi żarmat.

I. Bejn il-karru u t-trakter irid  ikun hemm katina soda \ħabel  tal-wajers imdawrin (wire rope) jew meżżi oħra ta’ sigurta għas-sodisfazzjon tal-Organizazzjoni  bħala sigurta’ barranija.

Ksur ta' dan ir-regolament ifisser Multa ta’ € 50 u ma jitħallix jieħu sehem sakemm ikun kif stipulat fir-regolamenti.

J. Fuq il-karrijiet trijonfali ( eskluż it-trakter) jista’ jkun hemm sa mhux aktar minn 20 il-maskarat ( mhux tfal ta’ taħt l-10 snin).  L-Organizazzjoni ma tagħti l-ebda kumpens extra għal dawn il-maskarati.  Il-helpers  allokati għal kull karru jistgħu wkoll ikunu lebsin xi  Kostum  mal-karru, biex janimaw fil-briju mill-art.

Ksur ta' dan ir-regolament ifisser  Klassifika kull darba li jidher mhux kif suppost

K. Il-parti ta’ quddiem tat-trakter trid tkun imfassla b’mod li s-sewwieq ikollu veduta miftuħa.  Ħadd, ħlief is-sewwieq, ma jista’ joqgħod fuq it- trakter.  M’għandux ikun hemm xorb, kaxxi tax-xorb u / jew speakers u apparat ieħor vizibbli tul l-isfilata kollha.  Is-sewwieq tat- trakter irid ikollu liċenzja valida tas-sewqan skond ir-Regolamenti tas- Sewqan u  josserva l-ħin kollu r-Regolamenti kollha tas-Sewqan.  Is-sewwieq qatt ma jista’ jħalli t-trakter waħdu, jiżfen jew jagħmel xi mossi oħra. Lanqas ma' għandu jixrob xorb alkoħoliku, jew ikun taħt influewenza ta’ xi sustanzi, waqt is-sewqan.  Il-pulizija ser tiġi mitluba li tieħu l-azzjonijiet meħtieġa dwar dan waqt l-isfilata.

Ksur ta' dan ir-regolament ifisser tnaqqis ta’ klassifika kull darba li jinkiser dan ir-regolament u x-xufier ma jitħallhiex jieħu sehem għall-ġranet l-oħra tal-karnival.


L. Id-dħul ta’ l- entraturi (items) fl-enklowxer  irid isir skond l-istruzzjoni tal-membri responsabbli tal-organizazzjoni jew tad-Delegati tagħha. Ser ikun hemm sinjal indikattiv kemm għat-tluq, kif ukoll għall-ħruġ.  Id-dħul fl-enklowxer jibda eżatt mal-mużika u l-pożizzjoni tal-karru għall-ħruġ trid tkun eżatt mall-waqfien tal-mużika.

Ksur ta' dan ir-regolament ifisser tnaqqis ta' klassifika.

N.  Il-ħoss u mużika kollha minn fuq il-karru trid tkun ta’ qawwa moderata u tkun ta’ stil karnevalesk u ma tistax tindaqq muzika house, underground, tecno jew generu iehor simili.  Is-Sownd irid jintefa' qabel mal-karru  jasal ħdejn il-Wembley Stores u ma jerġax jibda jdoqq qabel ma l-karru jaqbeż il-pont ta’ Bieb il-Belt.

Ksur ta' dan ir-regolament ifisser klassifika kull darba li jinkiser.

7. FL-ENCLOSURE

a. Karrijiet Trijonfali A, B u C ( bil-helpers tagħhom etc.) ma jistgħux idumu aktar minn sitt (6) minuti.

Ksur ta' dan ir-regolament ifisser tnaqqis ta’ klassifika kull darba li jinkiser

b. Karrijiet tal-Kumpaniji Sezzjoni A u C ( bil-helpers tagħhom, etc) ma jistgħux idumu aktar minn ħames (5) minuti.

Ksur ta' dan ir-regolament ifisser tnaqqis ta’ klassifika kull darba li jinkiser

c Sett maskaruni ( bil-helpers tagħhom etc) ma jistgħux idumu aktar minn zewġ minuti u nofs (2’30”).

Ksur ta' dan ir-regolament ifisser tnaqqis ta’ klassifika kull darba li jinkiser

d. Il-ħinijiet taż-żfin li jinkludi d-dħul u l-ħruġ taż-żifna ma jistgħux jaqbżu –

Kumpanija Kategorija A u B sitt (6) minuti
Kumpanija Sezzjoni C ħames (5) minuti

Ksur ta' dan ir-regolament ifisser tnaqqis ta’ klassifika kull darba li jinkiser

e. Iż-żeffiena tal-Kumpanija, fi tmiem iż-żifna, jridu jkunu minn nofs l-arena lura lejn il-ħruġ. Għall–ħruġ l-ebda żeffien u / jew lider ma jista’ jittrateni fl-arena. Il-koregrafista ma jridx jaqbeż il-linja s-safra ta' l-eklowxer waqt li jkun qed jidderieġi l-Kumpanija. 

Ksur ta' dan ir-regolament ifisser tnaqqis ta’ klassifika kull darba li jinkiser

f. Waqt iż-żfin kompettitiv fl-arena ma jistgħux jidħlu aktar minn 6 persuni (il-koreografista u ħamsa oħra) ma kull kumpanija li tkun se tesegwixxi ż-żifna tagħha. 

g. Xejn, ħlief karti, ma jista’ jitwaddab jew jitqassam  minn fuq il-karrijiet jew mill-arena. 

Ksur ta' dan ir-regolament ifisser tnaqqis ta’ klassifika u multa li taghmel tajjeb ghal kwalunkwe dannu.

h.  L-ebda tip ta' logħob tan-nar ma hu permess la matul l-Isfilata u  aktar u aktar fuq il-Karru u / jew fl-Enlowxer

Ksur ta' dan ir-regolament ifisser tnaqqis ta’ klassifika u multa li taghmel tajjeb ghal kwalunkwe dannu.

i. Kull parteċipant li jkun se juża xi forma ta’ “props” jew xi haga ohra għandu jinfurma lill-organizazzjoni bil-miktub sa mhux aktar tard minn gimgha qabel l-ewwel attivita’ tal-karnival  għall-approvazzjoni.


8. MOVIMENTI MAĠĠURI

 1. Karrijiet Trijonfali
  Kategorija A - mhux inqas minn sitta (6)
  Kategorija B- mhux inqas minn erbgħa (4)
  Kategorija C- mhux inqas minn tlieta (3)
  
 2. Karrijiet tal-Kumpaniji
  Kategorija A- mhux inqas minn erbgħa (4)
  Kategorija C- mhux inqas minn tnejn (2)

Ksur ta' dan ir-regolament ifisser li meta ma jkunx hemm il-minimu ta’ movimenti maġġuri titnaqqas f'kull każ, klassifika kull darba li tidher l-entratura (item) rispettiva.


9. BANED

L-organizazzjoni se tohrog sejha ghal espressjoni ta’ nteress ghal partecipazzjoni ta’ baned addatati ghall-Karnival li ghal tali partecipazzjoni jkunu jistghu japplikaw kwalunkwe socjeta muzikali u / jew grupp muzikali maqghud.


10. MASKERUNI

A. Kull sett ta’ Maskeruni jrid ikun ta’ 5 fiġuri li jista’ jkollhom temi satiriċi basta jkunu jirrispettaw ir-regolamenti tal-pulizija.

Ksur ta' dan ir-regolament ifisser li titnaqqas klassifika għal kull Maskerun li jkollu nieqes  ta' kull ġurnata.

B. Il-Maskeruni jieħdu sehem fl-isfilata fil-ġranet u l-postijiet kif titlobhom il-Organizazzjoni.  Kull sett Maskeruni jieħu sehem fi 3 wirjiet kompetittivi  .

Ksur ta' dan ir-regolament ifisser multa ta’ Lm 25 u jitlef id-dritt li jiġi gudikat f’dik il-gurnata u / jew granet.

C. Il-Maskeruni jridu jiġu merfugħin u ma jistghux ikollhom roti.  Tfal taħt is-sittax il-sena ma jistgħux jerfgħu Maskeruni tul l-isfilata.

Ksur ta' dan ir-regolament ifisser li titnaqqas klassifika kull darba

D. Kull Maskerun għandu jkun wiesa’ mhux aktar minn żewġ metri ( mhux aktar minn 6 piedi u nofs) mill-aktar żewġ ponot imbegħda,għoli 2.5 metri ( 8 piedi) mill-bidu tal-Kartapesta ta’ isfel sa fuq nett.  Il-Maskerun irid ikun maqtugħ sa fuq l-irkobba tar-reffiegħ.

Ksur ta' dan ir-regolament ifisser li titnaqqas klassifika kull darba

E. Il-parti viżibli tar-reffiegħ trid tkun liebsa skond is-suġġett tal-Maskerun.

Ksur ta' dan ir-regolament ifisser li titnaqqas klassifika kull darba.

F.   Il- lider/s hu / huma responsabbli mill-imġieba tar-reffiegħa tagħhom.

Ksur ta' dan ir-regolament ifisser Multa ta’ Lm 25.


11. KUMPANIJI TAŻ-ŻFIN

 Kategorija “A”

A. Kumpanija f’Sezzjoni “A” trid tkun fiha mhux anqas minn 12-il koppja (rġiel u nisa) u mhux aktar minn erbgħin (40)persuna.  Jista’ jkun hemm sa mhux aktar minn 2 mascots li ma jagħmlux parti mill-Kumpanija \ miż-żifna.  Iż-żeffiena rġiel u nisa għandhom ikunu jingħarfu mad-daqqa t’għajn.

Ksur ta' dan ir-regolament ifisser li titnaqqas klassifika kull darba li tidher.

B. Mill-anqas (10) membri tal-Kumpanija jridu jkunu fuq il-karru (mhux trakter ) u janimawh  matul l-isfilata.

Ksur ta' dan ir-regolament ifisser li titnaqqas klassifika kull darba li tidher.

Kategorija “B”

A. Il-Kumpaniji f’Sezzjoni B iridu jkunu ta’ mhux anqas minn disa’ (9) koppji (rġiel u nisa) u mhux aktar minn erbgħin (40) ruħ. Iż-żeffiena f’din il-kategorija jrid ikollhom ‘il fuq minn  tlettax (13) –il sena fil-Giovedi Grass ta’ dik is-sena. Jista’ jkun hemm mhux aktar minn żewġ (2) mascots li ma jagħmlux parti mill-Kumpanija / miż-żifna.

Ksur ta' dan ir-regolament ifisser li titnaqqas klassifika kull darba li tidher.

Liders f’din is-sezzjoni jithallew jippartecipaw b’karella waqt l-isfilata dekorata b’kartapesta u li fuq il-karella jrid ikun hemm post u joqghodu l-maggoranza tal-membri kollha tal-kumpanija.

Kategorija “C”

A. Il-Kumpanija tat-Tfal ( Sezzjoni ‘C’) trid tkun ta’ mhux anqas minn tmintax (18)-il tifel u jew / tifla u ta’ mhux aktar minn 32 tifel u / jew tifla li jkollhom mhux aktar minn tlettax (13) il- sena fil-Giovedi’ Grass ta’ dik is-sena. Jista’ jkun hemm mhux aktar minn żewġ (2) mascots li ma jagħmlux parti mill-Kumpanija / Żifna.

Ksur ta' dan ir-regolament ifisser li titnaqqas klassifika kull darba li tidher.

B. Mill-anqas għaxar (10) Membri tal-Kumpanija jridu jkunu mqassma fuq il-karru tul l-isfilata ( mhux it-trakter)

Ksur ta' dan ir-regolament ifisser li titnaqqas klassifika kull darba li tidher fuq kull tifel / tifla in kwistjoni.

C. L-Applikant irid jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tat-twelid taż-żeffiena tal-Kumpanija tiegħu sa mhux aktar tard minn ġimgħa qabel l-ewwel serata taz-żfin kompetittiv.  Jekk jirriżulta li jkun hemm xi żeffien/a, ta’ eta' akbar, titnaqqas klassifika kulljum għal kull persuna in kwistjoni.  F’tali każ li parteċipant ma jipprovdix Ċertifikat, awtomatikament iż-żeffien/a jkun kunsidrat bħala li qabeż l-eta'.

Ksur ta' dan ir-regolament ifisser li titnaqqas klassifika kull darba li tidher fuq kull tifel / tifla in kwistjoni.

Regolamenti Ġenerali għall-Kumpaniji

A. Kull arranġament mużikali  ħija fir-responsabilta’ sħiħa u assoluta tal-lider u tkun trid tiġi ppreżentat fiż- żmien stipulat lill-organizazzjoni biex ikun jista’ jsir ir-rikording. L-arranġamenti mużikali għandhom jiġu provduti mill-parteċipant. Ma jistax jintuza arrangamenti mużikali magħmula minn liders oħra.

B. Il-Organizazzjoni m’għandiex l-obbligu li tipprovdi l-postijiet fejn isiru l-provi ( rehearsals) taż-żfin.

C. Meta l-kumpaniji jkunu qed jizfnu  jew jiehdu sehem fl-isfilata waqt attivita tal-karnival nazzjonali izda mhux kompetittiva wkoll iridu jilbsu l-kostum shih. 

D. Kull deċiżjoni tal-Kunsill Malti ghall-Kultura u l-Arti  hi finali u mhux appellabbli.  Dan ir-regolament jgħodd għall-parteċipanti kollha.


Regolamenti Generali

Jekk xi item jigi pruvat ( permess ta’ protest flimkien ma dokumenti /filmati mehmuza bhala evidenza mieghu) li ghamel uzu minn xi partijiet/materjal mhux transformat li jkun ippartecipa bih fl-ahhar tlett snin tal-karnival dan ikun iffiser tnaqqis ta’ klassifika kull darba li jiehu sehem.


REĠOLAMENTI DWAR IR-REGISTRAZZJONI TAL-PARTECIPANTI

1 Fil-Karnival ta’ Malta 2009 ġlobalment m’għandux ikun hemm aktar minn 18-il karru kompetittiv ( inkluz b’dawk tal-kumpaniji, mhux aktar minn 12-il kumpanija taż-żfin kompetittiva fil-kategoriji A, B u C u mhux aktar minn 4 settijiet maskaruni.  It-tqassim fil-kategoriji jsir skond kif ikunu applikaw il-parteċipanti u mhux b’numru ristrett f’kull kategorija.  

Jekk ikun hemm zewg (2) karrijiet anqas min dak stipulat ta’ 18 karru kompetittiv, il-Kumitat tal-Karnival jaccetta li jzid zewg (2) kumpaniji  fuq in-numru stipulat ta’ 12-il kumpanija, jekk ikun il-kaz. Dan ir-regolament ma japplikax ghal konkorrenti godda.


2  F’kaz li f’kategorija partikolari japplikaw aktar minn 3 items jibqgħu jingħataw xorta waħda premijiet sat-3 post skond kif stipulat f’regolament 2 Item L.   


3 Jekk f’każ, ikun hemm applikanti f’xi kategorija aktar minn dak mehtieg skond Artiklu 1, il-kriterji ta’ l-għażla għandhom ikunu hekk :-

a..    Jekk applikant ġdid japplika għall-kategorija Karrijiet Trijonfali, dan ikun irid jibda bil-maskeruni u mhux b’karru u ma jkunx jista’ jippartecipa b’karru qabel ma jkun ipparteċipa b’livell tajjeb għall-anqas sentejn bil-maskaruni. 

 b. Għal parteċipanti ġodda li jridu jieħdu sehem fil-kumpaniji dawn iridu japplikaw jew  b’kumpanija “B” jew b’kumpanija C bit-tfal ( sakemm ikun hemm il-vojt).  Jekk jikklasifikaw wara sentejn (2) ikunu jistghu japplikaw f’xi kategorija ohra skond ir-regolamenti

Ir-regolament numru 3 japplika dejjem anke f’każ li fis-sezzjoni li jkun applika l-applikant ġdid, ma jkunx hemm applikanti biżżejjed pero dan ma japplikax għal ex-parteċipanti li f’dawn l-aħħar snin ma ħadux sehem.  Dawn ikunu jistgħu japplikaw f’xi sezzjoni u jingħażlu jekk ikun baqa’ l-vojt wara li jingħataw il-preferenzi lil partecipanti regolari skond l-iskeda ta’ punteggi mehmuza.

5. L-anzjanita’ tat-tieni leader li jkun irreġistrat mal-Kumitat Karnival tibda minn meta dan jaqbez it-tieni karnival reġistrat bħala t-tieni isem f’dawn l-aħħar għaxar edizzjonijiet tal-Karnival.  Mit-tielet  edizzjoni tal-Karnival
‘l quddiem iffisser li tibda tgħodd bħala l-ewwel sena etc. etc.

6. Applikant irid jagħti l-1 u t-2 preferenza fl-applikazzjoni tiegħu sabiex ikun stabbilit minn qabel skond l-ordni preferita liema konkorsi l-applikant ikun jixtieq li jieħu sehem.

7. Għal dawk li japplikaw fil-Kategorija ta’ Trijonfali, tibqa’ ssir il-Kompetizzjoni ta’ l-aħjar karru f’kull Kategorija, bħal ma jsir ukoll għal dik tal-Maskaruni. Il-Kumpaniji “A” u “C”jigu ggudikati fuq il-kostum, karru u zifna u dawk tal-Kumpanija B fuq il-Kostum u z-zifna, dejjem kif stipulat fir-regolamenti generali.

8. Item irid ikun registrat fuq isem ta’ persuna li għandha karta ta’ l-identita’ Maltija u mhux xi organizazzjoni, kumpanija jew ghaqda. Jinghata izda l-fakulta’ li l-item tisemma wkoll f’isem organizazzjoni, kumpanija jew ghaqda li izda ma tkunx rikonoxxutha bhala lider ghal fini ta’ anzjanita’ u punti fil-futur.

GENERALI

Jekk f’xi kategorija jkun hemm numru kbir ta’ applikanti, l-organizazzjoni zzomm id-dritt li tindika li xi partecipanti biex jiehdu sehem f’kategorija ohra mhux applikata mill-applikant.  L-ghazla dejjem issir skond ir-regolamenti.

L-applikazzjonijiet tal-partecipanti jigu maghzula fuq dawn il-kriterji

1. 50% kunsiderazzjoni tal-punteggi miksuba mill-applikant skond ir-regolamenti ( ara skeda hawn taht)
2. 50% minn board tal-ghazla mahtur mill-Kunsill Malti ghall-Kultura u l-Arti li jista’ jaghmel intervista ma kull applicant u jista jitlob sketch u / jew dettalji dwar l-item li partecipant ikun qed jahseb biex jippartecipa bih ghall-karnival.

Search site

© 2008 All rights reserved.